Il-ġurnal IN-NAZZJON illum ippubblika ritratt esklussiv miksub mill-Corriere di Ragusa fejn jidher il-post eżatt fejn waqa’ l-ajruplan tal-bieraħ, li kien qed jittajjar minn Alex Frendo. Il-każ kien qed jiġi investigat mill-Carabinieri Taljani.
Dan l-istess ġurnal Sqalli irrapporta kif numru kbir ta’ persuni baqgħu imbellħa lbieraħ meta raw l-ajruplan nieżel f’Donnalucata. “Waqt li l-ajruplan Malti kien nieżel b’mod perikoluż, dan ġibed l-attenzzjoni speċjalment ta’ ħafna li fl-għodwa kienu fi triqithom lejn il-baħar”, jirrapporta l-Corriere di Ragusa.
L-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza f’għalqa tal-qamħ li kienet imnaddfa.
L-uniku ħsara li sar fl-ajruplan tal-European Pilot Academy kien fin-naħa t’isfel, minn fejn jinżlu r-roti.
Ir-rapporti fil-media Taljana jfaħħru l-għaqal taż-żgħażugħ Malti Alex Frando li sab l-aħjar post li fih niżżel l-ajruplan.
//= $special ?>