Il-Lifecycle Challenge li din is-sena qed issir fl-Iżlanda, bdiet u waslet fir-raba ġurnata tagħha. L-isfida din is-sena fuq distanza ta’ aktar minn 2,000km.
B’kollox qed jipparteċipaw 12-il ċiklist li fl-ewwel ġurnata diġa rnexxielhom jagħmlu 144 KM.
L-isfida għall-parteċipanti ta’ din is-sena mill-ewwel bdiet diffiċli hekk kif mal-ewwel ġurnata kellhom jaffaċċjaw kesħa kbira u rih qawwi. Iżda dan mhux jwaqqa’ d-determinazzjoni taċ-ċiklisti wara 17-il ġimgħa li kellhom ta’ taħriġ qabel marru.
L-elementi tan-natura ma reġgħux għamluha faċli għaċ-ċiklisti biex fit-tieni ġurnata ikomplu bl-isfida, hekk kif ir-riħ kien forza sebgħa. Fi kliem uħud mill-parteċipanti it-tieni ġurnata, infatti ġiet deskritta bħala l-aktar waħda diffiċli li qatt esperjenzaw.
Irnexxielhom jaqdfu t-tieni ġurnata b’suċċess biex fit-tielet ġurnata, il-grupp reġa’ telaq fis-sebgħa ta’ filgħodu biex jaqdef d-distanza li kien imiss biċ-ċiklisti kollha jaslu fit-tappa li kien imiss wara 221 kilometru.
Kulmin jixtieq jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu jista’ jżur il-Paġna tal-Lifecycle Challenge fuq Facebook jew is-sit elettroniku lifecyclechallenge.com. Il-flus li se jinġabru se jmorru għar-riċerka, il-kura u l-prevenzjoni tal-mard tal-kliewi.
//= $special ?>


