Lokali

Studenti barranin se jgawdu minn ħlas anqas bil-kard tallinja.

Mill-1 ta’ Lulju studenti li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż qed iggawdu l-istess prezzijiet li studenti Maltin għandhom permezz ta’ tallinja card. Ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-istudenti għall-karta tallinja ġiet diskussa fil-laqgħa li saret kmieni din il-ġimgħa bejn FELTOM (Federation of English Language Teaching Organisations Malta) u l-EFL (English as a Foreign Language) ma’ Transport Malta. Matul il-laqgħa, Transport Malta spjega kif il-proċess ta’ reġistrazzjoni għall-karta tallinja jista’ jiġi ffaċilitat għall-istudenti, irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-post ta’ residenza tagħhom.

Dawk l-istudenti tal-lingwa Ingliża iżgħar minn sittax-il sena kif ukoll studenti li jattendu kors għal żmien itwal minn 90 jum jistgħu b’hekk jirreġistraw għal din il-kard tal-istudent.

Għall-aktar inrformazzjoni tista’ tidħol fis-sit tallinja.com