Lokali

Vandalizmu fuq għad ta’ sigar f’Wied ta’ Rmiedi F’Ħ’Attard

Fl-aħħar ġimgħa sar att vandalu fuq madwar 15-il ta’ siġra tal-luq maturi f’Wied ta’ Rmiedi F’H’Attard.

Fi stqarrija li kkundannat dan l-att, Ralph Cassar, Kunsillier ta’ AD f’Ħ’Attard qal li “huwa ċar li min ivvandalizza s-siġar, li diġa qegħdin imutu, jaf x’qed jagħmel għax saret ħsara apposta fiz-zokk prinċipali ta’ kull siġra, liema ħsara magħrufa bħala ‘ringing’ twassal għall-qerda ta’ dawn is-siġar. Il-persuni li qatlu s-siġar huma professjonali f’xogħolhom u dan żgur mhux att vandalu kwalunkwe.”

HU żied jgħid li “xoghol ta’ 20 sena biex jitħawwlu siġar indiġeni u jittejjeb l-ambjent naturali spiċċa meqrud fi ftit siegħat.”

“Il-protezzjoni tas-siġar mhux ta’ prijorita għall-awtoritajiet u hawn l-idea fost xi nies li jekk jagħmlu vendikazzjoni u ħsara rashom mistrieħa li mhux se jinqabdu. Nappella lil kull min għandu informazzjoni, speċjalment residenti li joqgħodu faċċata tal-parti tal-wied fejn sar il-vandaliżmu fi Triq Wied ta’ Rmiedi, f’Ħ’Attard, dwar min għamel dan l-att tal-mistħija biex jitkellem.

Fl-istqarrija ntqal li saret talba biex il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard jagħmel rapport uffiċċjali lill-Pulizija.

sigar hattard 2