Minkejja li ħafna drabi fil-midja kien qed jiġi rrappurtat li jekk m’għandekx card tat-trasport pubbliku int kont qed tħallas żewġ ewro għal kull sagħtejn, dan filfatt mhuwiex kompletament korrett.
Dan peress li l-biljett ta’ żewġ ewro jinkludi vjaġġ wieħed biss li tista’ tagħmlu fi żmien sagħtejn. Jiġifieri jekk tagħmel żewġ vjaġġi fl-istess sagħtejn, persuna jkollha tħallas darbtejn.
Persuni li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com ilmentaw għall-fatt li jekk isir vjaġġ minn xi lokalita’ f’Malta sal-Belt Valletta, allura wieħed ikun irid iħallas żewġ ewro għal dak il-vjaġġ. Iżda jekk f’inqas minn sagħtejn isir vjaġġ ieħor mill-Belt lura għall-istess lokalita’, ma jistax jintuża l-istess biljett, iżda jkun irid jinxtara biljett ġdid.
Anke jekk persuna għandha card li taħdem, ħlas ġdid ikun irid isir ma’ kull vjaġġ li jsir, anke jekk it-tieni vjaġġ isir fl-istess sagħtejn minn meta jkun sar l-ewwel vjaġġ. Dan ifisser li jinqatgħu 75ċ mill-card għall-ewwel vjaġġ, jekk terġa’ tagħmel vjaġġ ieħor fl-istess sagħtejn, jinqatgħu 75ċ oħra.
Ilmenti dwar dan waslu għand MaltaRightNow.com minn numru ta’ persuni li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku ta’ spiss u li qed jispiċċaw qed iħallsu ammonti kbar ta’ flus biex jużaw it-trasport pubbliku.
Dawn ir-ritratti t’hawn taħt jikkonfermaw li l-passiġġiera qed iħallsu l-flus għall-użu tat-trasport pubbliku għal kull vjaġġ u mhux għal kull sagħtejn.
//= $special ?>


