Lokali

FILMAT : Il-vjaġġ ta’ B’kara lura Malta wara r-rebħa storika fl-Armenja (Esklussiva)

Aġġornata

Filmat : Matthew Calleja / Matthew Mamo

Wara r-rebħa ta’ 3-1 kontra l-Belt ta’ Yerevan fl-Armenja u l-kwalifikazzjoni għat-tieni rawnd tal-Europa League, it-tim ta’ B’kara kmieni dalgħodu rritorna Malta b’charter flight tal-linja nazzjonali Air Malta.

Wara r-rebħa tal-bieraħ, it-tim ta’ B’kara organizza charter flight li ħalla Malta lbieraħ fl-10pm u rritorna Malta dalgħodu bit-tim u s-supporters ta’ B’kara.

Maltarightnow.com segwa mill-qrib il-vjaġġ kollu ta’ B’kara wara r-rebħa storika tal-bieraħ.

Issa l-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni kontra West Ham se tintlagħab fis-16 ta’ Lulju u t-tieni leg tintlagħab fit-23 ta’ Lulju. Fis-17 ta’ Lulju jittellgħu l-poloz tat-tielet rawnd.