Iċ-Champions tad-dinja l-Ġermanja f’Marzu tas-sena d-dieħla se jkunu qed jilagħbu f’partiti ta’ ħbiberija kontra l-Ingilterra u l-Italja.
Il-Ġermanja, li rebħu t-titlu mondjali sena ilu fil-Brażil, l-aħħar li ltaqgħu kontra l-Ingilterra kien f’Novembru tal-2013 meta Per Mertesacker skorja l-uniku gowl fir-rebħa 1-0.
Iż-żewġ naħat mistennija jiltaqgħu f’Berlin fis-26 ta’ Marzu u tliet ijiem wara jkunu l-Italja li jipprovdu l-oppożizzjoni għall-Ġermanja fi Munich.
L-aħħar konfront bejn l-Italja u l-Ġermanja kien intemm 1-1 f’Novembru tal-2013.
Il-Ġermanja se jkunu qed jittamaw li dawn il-partiti jservu ta’ preparazzjoni għall-Euro 2012 fi Franza.
“Dawn huma l-partiti li kulħadd irid. Kien importanti li nkejlu l-livell tagħna ma’ timijiet qawwija fil-futbol fil-ftit jiem li għandna għall-partiti ta’ ħbiberija,” qal l-assistent kowċ Oliver Bierhoff.
//= $special ?>

