Wara stennija kbira lbieraħ l-Greċja ssottomettiet proposti oħrajn biex tassigura aktar għajnuna mill-kredituri tagħha.
Il-pjan li kien prezentat tard il-Ħamis filgħaxija, sagħtejn qabel ma skada l-ultimatum, issa jrid ikun analizzat mill-mexxeja tal-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea f’laqghat skedati għal tmiem il-ġimgħa.
Il-mizuri proposti jinkludu zieda fit-taxxi, riforma fil-pensjonijiet, privatizazzjoni ta’ azjendi tal-Gvern u qtugħ fl-ispiża tal-Gvern.
Il-Grecja trid it-tielet pakkett finanzjarju biex tevita falliment u possibilment anke l-ħruġ miz-zona ewro.
Intant, dawn ir-ritratti mibgħuta lil MaltaRightNow.com jindikaw li s-sitwazzjoni f’Ateni għadha waħda ta’ tensjoni kbira.
//= $special ?>