It-Taqsima Manifattura u Kummerċ fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) iffirmat ftehim kollettiv mal-Waldorf Auto Services. Il-ħaddiema tal-Waldorf kienu membri fil-GWU u ssieħbu mal-UĦM wara li l-pagi kienu ffriżati għal dawn l-aħħar disa’ snin permezz ta’ Ftehim Kollettiv iffirmat mill-GWU.
Fix-xhur li għaddew, dawn il-ħaddiema ssieħbu fil-UĦM, li ħadet il-kwistjoni ta’ dawn il-ħaddiema bis-serjetà. Wara sensiela ta’ diskussjonijiet mal-Management, il-UĦM ikkoreġiet l-iżball tal-GWU u ffirmat Ftehim Kollettiv ġdid għas-sodisfazzjon tal-ħaddiema kollha.
Dan il-ftehim jinkludi żidiet lill-ħaddiema għall-perjodu li jkopri l-Ftehim.
Fi stqarrija, il-UĦM esprimiet sodisfazzjon għall-mod kif imxew id-diskussjonijiet mal-Management tal-Waldorf għall-koperazzjoni kbira bejn iż-żewġ naħat. Il-Union sostniet li se tibqa’ taħdem biex tkompli tissalvagwardja l-interessi ta’ dawn il-ħaddiema ukoll.
//= $special ?>

