Mill-inqas 12-il immigrant tilfu ħajjithom meta d-dinghy li kienu qed jivvjaġġaw bih fil-Mediterran (u li kien iffullat bin-nies) għereq lil hinn mill-kosta tal-Libja.
Kelliema għall-gwardjani tal-kosta Taljani, intant, sostnew li kienu salvati iktar minn 800 immigrant fl-aħħar impenji ta’ fejda konnessi mal-kriżi tal-immigranti fil-Mediterran.
Il-katavri tal-aħħar vittmi nstabu fil-baħar, xi 40 mil fit-Tramuntana tal-Libja, mill-ekwipaġġ tal-bastiment ‘Dattilo’ tal-gwardjani tal-kosta Taljani. L-ekwipaġġ tad-‘Dattilo’, intant, irnexxielhom isalvaw mal-106 immigranti mill-istess dinghy li sabuh nofsu mgħarraq meta waslu fiz-zona tat-traġedja.
Ma ngħatawx dettalji dwar in-nazzjonalità tal-vittmi u lanqas dwar l-immigranti li kienu salvati mill-baħar.
//= $special ?>