Lokali

FILMAT: “Inħoss li l-Partit Laburista spiċċa”

Fit-22 t’April li għadda Manwel Calleja spiċċa f’qiegħ ta’ sodda jissielet għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

Illum, wara kważi tliet xhur, Calleja qed jirkupra mill-inċident ikrah li kellu f’Kordin, iżda xorta għadu qed jissielet…din id-darba biex ikollu post tal-Gvern. Dan għaliex mill-inċident ‘l hawn hu kellu jieqaf mix-xogħol, ma jistax jiċċaqlaq, kważi dejjem id-dar u bi dħul miżeru ta’ €62 fil-ġimgħa.

Dan ifisser li lanqas biss għandu flus biex iħallas il-kirja tal-post li jgħix fih fix-Xgħajra. Imma ħadd mill-Gvern ma tah widen, lanqas il-Prim Ministru.

Calleja sostna li l-uniku persuna li ta kasu kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

L-intervista sħiħa tinsab fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal In-Nazzjon.

(Ritratti: Bernie Dimech / Martin Agius)

Jaqa' Zewg Sulari Karozza-2114