L-attur veteran Omar Sharif, li jibqa’ msemmi għall-interpretazzjonijiet tiegħu fil-films klassiċi ‘Dr Zhivago’ u ‘Lawrence of Arabia’, miet fl-età ta’ 83 sena.
Sharif, li twieled l-Eġittu, rebaħ diversi unuri tul il-karriera tiegħu, li jinkludu tlett Golden Globes. Hu kien anki nnominat għall-Oscar għall-mod kif interpreta r-rwol ta’ Sherif Ali fil-film Lawrence of Arabia ta’ David Lean, li kien ħareġ fl-1962.
Omar Sharif kien ilu l-aħħar xhur ibati bil-marda Alzheimer’s, u fl-aħħar sigħat hu spiċċa jsofri attakk tal-qalb waqt li kien qed jinżamm l-isptar fil-Kajr.
//= $special ?>