Sport

Milakovic flok Privitera

WATERPOLO: Sliema Frank Salt Real Estate ħatru lis-Serb Dejan Milakovic minflok Paul Privitera bħala kowċ tal-ewwel tim. Il-klabb irringrazzja lil Privitera għas-servizz u d-dedikazzjoni tiegħu tul l-aħħar snin, kemm bħala plejer kif ukoll kowċ.

Milakovic ingħaqad ma’ Sliema wara staġun eċċezzjonali ma’ Pro Recco, fejn bħala assistent ta’ Igor Milanovic, rebaħ iċ-Champions League, il-Kampjonat Taljan, kif ukoll il-Coppa Italia. Milakovic beda l-karriera bħala plejer ma’ Partizan Belgrade, qabel ma’ ngħaqad mar-rivali Red Star. Kien ukoll jifforma parti mill-iskwadra taż-żgħar tal-Jugoslavja.

Bħala kowċ beda mal-Youths ta’ Red Star u mbagħad mar mat-tim tal-kbar ta’ Singidunum, klabb ieħor mill-għola diviżjoni Serba qabel ntagħżel minn Igor Milakovic ma’ Pro Recco, Milakovic kien jifforma parti mill-istaff tekniku tal-youths u t-tieni skwadra tas-Serbja.

Huwa se jkun assisit minn Clint Debono u mistenni jkun fuq-il-bank ta’ Sliema għada kontra Neptunes.