Lokali

Net News u l-gazzetti il-mument u in-nazzjon rebbieħa ta’ żewġ awards

Net News u l-gazzetti ‘il-mument’ u ‘in-nazzjon’ kienu r-rebbieħa ta’ żewġ awards waqt il-Malta Journalism Awards. L-awards ingħataw waqt serata li ttellgħet mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u li saret il-Ġimgha filgħaxija.

Net News rebaħ l-award għall-Ġurnaliżmu Mxandar filwaqt li ‘il-mument’ u ‘in-nazzjon’ kisbu l-award għall-Ġurnaliżmu Stampat. L-istejjer kollha li wasslu għal dan ir-rebħ inkitbu mill-ġurnalist ta’ Media.Link Communications Joe Mikallef.

Waqt is-serata tal-Ġimgha filgħaxija, f’diskors tal-okkażjoni, iċ-Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin Karl Wright elenka l-importanza tal-istitut, fosthom il-ħidma li qed iwettaq l-istitut bħalissa sabiex jitneħħew it-traċċi tal-aspett kriminali mil-libell fil-liġi ta’ Malta.

Din is-sena ngħataw 15-il unur, biċ-Chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti jħabbar li s-sena d-dieħla se jkunu introdotti unuri f’oqsma oħra tal-ġurnaliżmu.