Lokali Parlament

Reazzjoni qawwija għax-xandir tas-seduti fuq it-televiżjoni

L-Ispeaker tal-Parlament informa lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li kien hemm reazzjoni qawwija għax-xandir tas-seduti parlamentari fuq it-televiżjoni, bl-ilmenti jkunu enormi minħabba li l-istazzjon tal-Parlament mhux free to air u mhux kulħadd jista’ jirċevih.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia fisser li l-ilmenti kienu enormi u f’numru kbir, u saru fid-dawl tal-fatt li kumpanija ewlenija tal-komunikazzjoni mhix ixxandar il-kanal tat-televiżjoni tal-Parlament, u li dan mhux free to air.

Informa lill-Kumitat li quddiem dawn l-ilmenti, l-Ispeaker kiteb lill-Awtorità tax-Xandir jitlob għal liċenza gġal dan l-istazzjon, bl-Awtorità tax-Xandir twieġeb li hemm problema bil-liġi tax-Xandir għaliex il-Palament mhux kumpanija li tista’ tapplika. Talab għal emenda fil-Liġi tax-Xandir biex l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament, ma jkunx suġġett għal din il-klawosla fil-liġi, u għaldaqstant ikollha liċenzja biex ixxandar bl-istazzjon tal-Parlament.