TOUR DE FRANCE: Mark Cavendish kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fit-Tour de France wara kważi sentejn meta rebaħ bi sprint qawwi s-seba’ tappa.
Huwa ħalla kollox għall-aħħar meta ssupera lil Andre Greipel madwar 50 metru mit-tmiem biex patta għaż-żewġ telfiet li sofra aktar qabel kontra l-Ġermaniż fit-Tour. Peter Sagan daħal it-tielet.
Il-Britanniku Chris Froome żamm il-flokk l-isfar bħala lider li wiret wara li Tony Martin kien sfurzat jirtira minħabba inċident li kellu l-Ħamis. Sagan jinsab it-tieni 11-il sekonda wara Froome.
//= $special ?>

