Lokali Parlament

Renzo Piano se jiftaħ wirja dwar il-binja tal-Parlament fl-1 ta’ Awwissu

Il-Perit ta’ fama mondjali Renzo Piano, il-moħħ wara l-proġett tad-Daħla tal-Belt, se jkun Malta fl-1 ta’ Awwisu biex jinawgura wirja dwar il-binja tal-Parlament fil-preżenza wkoll ta’ ġurnalisti internazzjonali.

Dan tħabbar mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, meta tlaqqa’ l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra llejla.

L-Ispeaker qal li Renzo Piano se jkun Malta għal ġurnata biss, fejn se jsiru diversi attivitajiet fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja li għaliha wkoll se jattendu ġurnalisti internazzjonali.

Il-wirja se tibqa’ miftua għal tliet xhur.