Il-Popolazzjoni ta’ Malta fl-aħħar tas-sena li għaddiet kienet ta’ 429,344, żieda ta’ 0.9% fuq l-2013.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li ż-żieda fil-popolazzjoni kienet dovut għal migrazzjoni. 17.6% tal-popolazzjoni huma żagħżagħ taħt it-18-il sena u 18.5% għandhom iktar minn 65 sena. Minn dawn, 2,332 għandhom 90 sena u iktar. B’kollox, il-Maltin huma 93.6% tal-popolazzjoni f’Malta.
In-numru ta’ twelid ta’ trabi matul l-2014 ra żieda ta’ 4.5% fuq is-sena ta’ qabel, 2.5% ta’ dawn it-trabi twieldu lil tfajliet bejn 13 u 19-il sena. Matul is-sena, mietu 3,270 persuna.
Iż-żwiġijiet matul is-sena li għaddiet żdiedu b’293 fuq l-2013. Minn dawn 48.3% kienu żwiġijiet ċivili, li fisser żieda ta’ 15.8% fuq is-sena ta’ qabel.
Żieda ta’ kważi 1% fil-popolazzjoni


