It-tifkira s-Sibt tal-20 anniversarju tal-massakru mill-forzi Serbi Bożnijaċi ta’ irġiel u ġuvintur Musulmani f’Srebrenica kienet imtapna wara li l-Prim Ministru Serb kien issuttat bil-ġebel.
Aleksandar Vucic, il-Prim Ministru Serb, kellu jaħrab mill-post, hekk kif il-folla bdiet tgħajru u imbagħad tissuttaħ bil-ġebel. Eluf kienu miġbura fiċ-ċimiterju ta’ Srebrenica biex ifakkru dan l-anniversarju.
L-anniversarju tal-qtil ta’ 8,000 raġel u żgħażugħ Musulman mill-forzi Serbi Bożnijaċi wara li kienu ħadu l-kontroll tal-belt waqt il-gwerra fil-Bożnja. L-agħar massakru fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.
II-PM Serb mgħajjar f’Srebrenica
