IN-NAZZJON b’numru ta’ stejjer u ritratti fil-faċċata, fosthom ritratt taċ-ċeremonja b’tifkira tal-għeluq tat-300 sena tal-Royal Artillery. Numru ta’ rapporti dwar l-Isqof Għawdxi ġdid għal Tripli u l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li jinsab ixxukkjat bl-interess tal-Gvern f’teknoloġija ta’ hacking u spjunaġġ.
TIMES OF MALTA b’ritratt ta’ Fr. George Bugeja li nħatar Isqof għal Libja. Apparti minn hekk rapport dwar kif il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella jiddefendi l-ħatra tal-mara tal-Ministru bħala mibgħuta f’Shanghai. Vella jammetti wkoll li ma jafx minn fejn qed topera Sai Mizzi bħalissa.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar kif il-Pulizija qed tikkonsulta mal-Avukat Ġenerali dwar il-każ ta’ Jack Daboma b’risposta għal xi mistoqsijiet li saru minn dan il-ġurnal. Apparti minn hekk rapport fil-faċċata dwar l-iżviluppi dwar il-kriżi fil-Greċja.
L-ORIZZONT b’rapport dwar ‘dak li qal Mintoff 40 sena ilu ġie vindikat’. L-Orizzont tirrapora diskors tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Fil-faċċata wkoll, storja dwar l-istudent Ungeriż, Jack Daboma, li fetaħ kwerela kontra l-Beltija li allegatament beżqitlu. Il-mara qed tiġi akkużata b’inċitament razzjali waqt l-inċident li seħħ fl-1 ta’ Lulju.
//= $special ?>
