Lokali

Inċident b’żewġ xarabanks; iweġġgħu xi nies

Għad mhux magħrufa d-dettalji dwar inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu fit-terminus tal-Belt u li fih kienu nvoluti żewġ karozzi tal-linja. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 ta’ waranofsinhar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-inċident wara rapporti li waslu MaltaRightNow.com. Il-Pulizija kkonfermat ukoll li fl-inċident weġġgħu xi nies, pero’ għad mhux magħruf kemm hemm nies involuti fl-inċident jew x’inhi l-kundizzjoni ta’ dawk li weġġgħu.

Ix-xarabanks involuti fl-inċident tneħħew mill-post ftit tal-ħin wara l-inċident u kienu eskortati mill-Pulizija.