Il-Pulizija fir-Renju Unit għalqet l-investigazzjoni dwar il-mewt ta’ Peaches Geldof li mietet mill-effetti tad-droga f’April tal-2014, meta hi kienet għad għandha 25 sena.
Sadanittant, l-identità tat-traffikant li kien biegħ id-doża fatali lil Geldof tista’ ma tkun magħrufa qatt.
Peaches Geldof hi t-tifla ta’ Bob Geldof, l-eks-kantant tal-Boomtown Rats u l-fundatur tal-kunċerti tal-Live Aid. Intant, il-Pulizija ta’ Kent ilha 15 il-xahar għaddejja bl-investigazzjoni dwar il-mewt ta’ Peaches u f’dan iż-żmien kollu ma rnexxilhiex tagħmel arresti. Jidher li l-investigazzjoni issa ġiet iddikjarata konkluża u li l-pulizija spiċċawlhom ‘is-sorsi tal-informazzjoni’.
Kienu nstabu xi siringi u ammonti tad-droga qrib il-katavru ta’ Peaches, li ħalliet warajha żewġ ulied żgħar. Il-Pulizija sadanittant kienu qed jaħdmu fuq it-teorija li grupp ta’ traffikanti tad-droga minn Essex kien ipprovda d-droga fatali lil Peaches waqt li hi kienet f’Londra. Jingħad li l-gang kien ifittex lill-klijenti famużi fost il-membri tal-party circuit fl-inħawi tan-nightclubs li huma frekwentati minn diversi ismijiet ċelebri.
//= $special ?>