Dalgħodu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, waqt quddiesa pontifikali, l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna tlibbes il-Pallium.
Din kienet l-ewwel darba li saret din it-tip ta’ ċerimonja waqt quddiesa tal-Arċidjocesi. Iżda kienet ir-rieda tal-Papa Franġisku li jsir hekk.
Il-Pallium, li tbierek mill-Papa fil-jiem li għaddew, tlibbes lill-Arċisqof Scicluna minn Nunzju Appostoliku, Monsinjur Roberto Cassari.
Fl-omelija li għamel l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna talab lill-poplu Nisrani biex jitlob għalih biex fil-ħidma tiegħu ifittex lin-nagħaġ ‘il mitlufin biex iressaqhom lejn Alla.
Għall-Arċisqof din kienet l-ewwel ċerimonja uffiċjali li għamel wara t-telfa ta’ missieru li mar jiltaqa’ mal-Mulej fil-jiem li għaddew.
Il-Pallium jissimbolizza l-komunikazzjoni tal-Arċisqof mal-Papa, simbolu tal-ġurisdizzjoni delegata lill-Arċisqof.
//= $special ?>