Aġġornata
L-ISIS ħadu r-responsabbilta’ ta’ splużjoni qawwija fil-kapitali Eġizzjana li laqtet il-konsulat tal-Italja fil-Kajr u kkawżat ħsarat kbar. Skont aġenziji tal-aħbarijiet Eġizzjani, l-isplużjoni kienet ikkawżata minn karozza-bomba.
Il-Ministeru tas-Saħħa Eġizzjan qal li fl-isplużjoni mietet tal-anqas persuna waħda, apparti disa’ persuni li s’issa ġew rappurtati midruba. Intant, l-ambaxxata kienet magħluqa u l-ebda membru tal-istaff tal-konsulat ma ndarab.
//= $special ?>