IL-FUTBOL MALTI: Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo żvela li matul l-istaġun 2014/15 li għadu kemm intemm, kien reġistrat nuqqas ta’1% fit-total kollu tal-attendenzi meta mqabbel mal-istaġun ta’ qabel.
Vassallo, qal dan meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ttellgħu l-poloz tal-Kampjonati BOV tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni.
Vassallo qal il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, il-finali tas-Super Cup u l-partiti tal-FA Trophy kellhom żidiet minimi waqt li kien reġistrat nuqqas minimu wkoll fil-kumplament tal-kampjonati l-oħra. “Għaldaqstant, wieħed jista’ jgħid li bqajna fl-istess livelli tas-sena ta’ qabel,” qal Vassallo.
Is-Segretarju tal-MFA attribbwixxa dan għall-fatt li l-finali tas-Super Cup u l-partiti tal-FA Trophy setgħu kienu xi ftit ta’ attrazzjoni aktar mis-sena ta’ qabel, mentri l-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni baqa’ missielet sal-aħħar u fih lagħab il-klabb ta’ Ħamrun Spartans FC, li hu rinomat li jġorr miegħu numru sabiħ ta’ partitarji għal kull partita.
//= $special ?>

