Internazzjonali

Avventura fuq ferrovija tispiċċa fatali

Tifel ta’ 16 il-sena li xxabbat għal fuq ferrovija għall-ġarr tal-merkanzija fir-Renju Unit tilef ħajtu wara li spiċċa f’kuntatt mal-wires tal-elettriku fil-għoli.

L-adolexxenti, li kien jismu Kyle Bradley, instab mejjet maġenb il-linji tal-ferrovija fl-inħawi qrib ta’ Wakefield, fil-Punent ta’ Yorkshire.

L-awtoritajiet qalu li tifel adolexxenti ieħor u tfajla ta’ 18 il-sena li kienu fl-istess zona ttieħdu l-isptar fejn kienu trattati għall-ġrieħi, iżda mhumiex f’periklu tal-mewt. Ir-residenti ta’ Wrenthorpe, viċin ta’ Wakefield, qalu li fil-passat kien hemm ‘diversi problemi’ rigward it-tfal u l-adolexxenti li joħorġu jilagħbu maġenb il-linji tal-ferrovija.

Il-Pulizija, intant, qalu li t-tifel mejjet u ż-żewġ feruti huma kollha minn din il-lokalità u li l-awtoritajiet mhumiex jittrattaw il-mewt ta’ Kyle Bradley bħala xi ħaġa suspettuża.