Kultura Lokali Mużika

Destiny Chukunyere tirbaħ il-Malta Junior Eurovision Song Contest

Il-bieraħ Destiny Chukunyere ġiet magħżula bħala l-kantanta li se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tal-21 ta’ Novembru li ġej.

Dan wara li rebħet il-Malta Junior Eurovision Song Contest li sar il-bieraħ.

B’vuċi qawwija u b’enerġija kbira fuq il-palk, il-kantanta mhux biss serqet l-attenzjoni tal-ġurija mistiedna esperta imma anke tal-Maltin li vvutaw permezz tat-televoting.

Fit-tieni post ġiet Veronica Rotin waqt li fit-tielet post spiċċat il-kantanta Christina Magrin.

Issa jibda x-xogħol biex tibda tinkiteb il-kanzunetta li biha l-kantatanta Chukunyere se tirrappreżenta lil pajjiżna f’ Sofija fil-Bulġarija.