Lokali

Festa ta’ solidarjetà fuq il-baħar waqt il-President’s Cruise for Solidarity

Il-ġurnata sabiħa tal-Ħadd kienet ukoll ġurnata ta’ solidarjeta’ fuq il-baħar, hekk kif madwar 200 biċċa tal-baħar, ta’ kull daqs u għamlu, ingħaqdu flimkien għal vjaġġ mill-Port il-Kbir sa Buġibba b’risq il-Malta Community Chest Fund.

DSC_0836

Din l-ewwel edizzjoni tal-inizjattiva The President’s Cruise for Solidarity, rat ukoll il-parteċipazzjoni ta’ ammont imdaqqas ta’ persuni oħra li nġabru f’atmosfera ta’ festa fuq bastimenti ikbar għal dan il-vjaġġ.

Il-vjaġġ ġie fi tmiemu f’Buġibba, fejn il-President Marie Louise Coleiro Preca indirizzat lil dawk preżenti bid-dgħajjes tagħhom fuq il-baħar stess. Imbagħad niżlet mal-moll, fejn folla mdaqqsa ta’ persuni kienu qed jistennew il-wasla tal-bċejjeċ tal-baħar.

DSC_1021

Il-President fakkret kif il-Malta Community Chest Fund għandha bżonn kwart ta’ miljun ewro kull xahar biex tassisti lil dak kollha li għandhom bżonn il-kura. Għalhekk irringrazzjat lil kull min ikkonkorra għal dan l-attivita’, għaliex kull donazzjoni tgħin.

Minn naħa tiegħu Peter Valentino, wieħed mill-organizzaturi, fisser ruħu sodisfatt bl-attendenza u wiegħed li din se ssir data fil-kalendarju ta’ kull sena.

Għal dan il-vjaġġ kien hemm preżenti wkoll il-Ministru Joe Mizzi u d-Deputat tal-Oppożizzjoni Paula Mifsud Bonnici li għaqqdu flimkien iż-żewġ partiti politiċi għal kawża ġusta.

DSC_0827

DSC_0740