Passiġġieri li kienu fuq karozza tal-linja f’San Ġwann spiċċaw jistennew għal madwar nofs siegħa sakemm ix-xufier niżel u mar l-għassa jitlob l-għajnuna tal-Pulizija wara li mara bdiet tgħajjru u tiġġieled miegħu. Il-ka seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda, ftit qabel nofsinhar.
Allegatament l-argument kollu beda wara li x-xufier qal lill-mara li ma setgħetx ittella’ l-kelb tagħha fuq tal-linja. hawn il-mara bdiet targumenta, u skont xi passiġġieri li tkellmu magħna, saħansitra toffendieh. Kien hawn li x-xufier tefa’ mal-ġenb, waqqaf il-karozza u mar l-għassa.
L-argument kompla anke’ fil-preżenza tal-Pulizija, li kif jidher fil-filmat, wissew lill-mara biex tieqaf tgħajjat u tiġġieled max-xufier.
Finalment, wara madwar nofs siegħa, ix-xufier kompla bil-vjaġġ tiegħu u l-mara marret biex taqbad karozza tal-linja oħra.
//= $special ?>

