Internazzjonali

Il-Bosnia-Erzegovina tikkundanna l-attakk fuq il-Prim Ministru Serb

Il-Presidenza tal-Bosnia-Erzegovina kkundannat l-attakk ta’ nhar is-Sibt fuq il-Prim Ministru tas-Serbja, Aleksandar Vucic waqt li hu kien qed jattendi ċerimonja fil-Bosnja biex tfakkar l-20 anniversarju mill-massakru ta’ Srebrenica.

Il-Presidenza Bosnijaka qalet li Vucic żar il-belt bħala sinjal ta’ rispett u fl-ispirtu tar-rikonċiljazzjoni. Dan wara li l-President Serb kien sfurzat li jaħrab miċ-ċerimonja wara li kien suġġett għall-ibbujar u l-insulti, b’folla ta’ nies preżenti anki jgarawlu l-ġebel. Meta tkellem wara l-attakk, Vucic qal li hu ma ġralu xejn minkejja li l-aggressuri kienu kissrulu n-nuċċali. Hu sostna li l-aggressuri tiegħu kienu organizzati iżda għamilha ċar li hi beħsiebu jkompli bil-politika ta’ avviċinament mal-Bosnja.

Fil-massakru ta’ Srebrenica, li seħħet fl-1995 waqt il-Gwerra tal-Bosnja, kienu sfaw massakrati mat-8,000 subien u rġiel Musulmani taħt id-dejn il-qawwiet Serbi Bosnijaċi.