Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Il-gazzetti llum Il-Ħadd 12 ta’ Lulju 2015

IL-MUMENT fil-faċċata tiżvela kif każi ta’ anzjani abbużati. Fi storja oħra titkellem dwar kif il-Bank of Valletta qiegħed jaħbi deal jinten mas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon. Titkellem ukoll dwar l-awards tal-ġurnalisti u kif Net News, In-Nazzjon u Il-Mument ħarġu rebbieħa bi stejjer tal-ġurnalist Joe Mikallef.

THE SUNDAY TIMES OF MALTA fil-faċċata tiżvela rabta bejn iċ-Ċina u Malta f’numru ta’ skandli ta’ match-fixing. L-istess gazzetta fi storja oħra tgħid li operatur tat-telefonija ċellulari miċ-Ċina qiegħed bħalissa jagħmel testijiet ta’ tekonoloġija 5G f’Malta.

MALTATODAY minn naħa tagħha tiffoka fuq l-Unjoni Ewropea u tgħid li l-Greċja tinstab fuq xifer l-irdum.

KULLĦADD, il-gazzetta uffiċjali tal-Partit Laburista, toħroġ tattakka lil Partit Nazzjonalista fuq l-ambjent iżda fl-istess waqt ma’ tagħmel ebda referenza għal kritika ħarxa li qiegħed jiffaċja l-gvern Laburista b’rabta ma’ dan is-suġġett.

IT-TORĊA, il-gazzetta tal-General Workers Union, minn naħa tagħha toħroġ tatakka lill-eks Chairman tal-MIMCOL Vince Mifsud li ftit tal-jiem ilu rrizenja mill-kariga ta’ Chairman. L-istess gazzetta tgħid li l-kappillan tal-Imġarr wettaq żvilupp mingħajr permess fi storja bit-titlu “Biċ-ċoqqa bla regoli u liġijiet”.

ILLUM minn naħa tagħha wkoll bi storja b’rabta mal-knisja, din id-darba storja li tqajjem dubji dwar fejn qed imorru flus il-ġenituri li uliedhom imorru skola tal-knisja.

THE MALTA INDEPENDENT tiżvela kif l-FBI fl-Istati Uniti qegħda tinvestiga kumpanija li kienet involuta fil-mawra misterjuża ta’ l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli fil-Bahamas. The Malta Independent titkellem ukoll dwar kif għotjiet ta’ karita jżidu l-punti ta’ residenza għal dawk li qegħdin jipprovaw jixtru passaport Malti.