Stabbli f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi aktar gravi
Żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena sofra ġrieħi fil-wiċċ wara li allegatament intlaqat minn xi logħob tan-nar illum għall-ħabta ta’ 1220hrs fi Triq il-Kbira, Ħal Balzan.
Il-ġuvni, li joqgħod Ħal Balzan stess, kien qiegħed fuq il-bejt ta’ każin meta sofra l-ġrieħi. Huwa ġie meħud immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura medika għalll-ħruq li sofra. Aktar tard il-Pulizija qalet li huwa ġie iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi. Madanakollu, dan is-sit jinsab infurmat li ż-żgħażugħ mhuwiex fil-periklu tal-mewt u mistenni jiġi rilaxxat mill-isptar f’qasir żmien.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birkirkara qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
//= $special ?>

