Vann li miegħu kien marbut karru tad-dgħajjes spiċċa l-baħar b’kollox f’inċident li seħħ ftit bogħod mill-Akkwarju Nazzjonali fil-Qawra.
Jidher li għal xi raġuni l-karru, li kien ipparkjat fir-rampa li minnha jitniżżlu d-dgħajjes, ġibed il-vann fil-baħar.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, anke’ għaliex fil-vettura dak il-ħin ma kien hemm ħadd.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>

