Lokali

Ritratti: Partijiet minn Manoel Island mill-ġdid meqruda mill-fjammi

Għat-tieni darba fi ftit jiem partijiet minn Manoel Island ilbieraħ filgħaxija sfaw maħkuma minn nirien li nfirxu malajr kawża tal-logħob tan-nar tal-ajru li jittella’ mill-qrib.

11741949_10153508851332386_514191108_n

Wara li l-ġimgħa li għaddiet, waqt il-festa tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema, membri tat-tifi tan-nar kellhom jitnervjenu biex jikkontrollaw in-nar, ilbieraħ kien imiss sfida oħra man-nar waqt il-logħob tan-nar għall-festa tal-Parroċċa Madonna tal-Karmnu tal-Gżira.

Minkejja dawn l-episodji, ġimgħa wara l-oħra, fuq Manoel Island għad hemm ammont kbir ta’ ħaxix ħażin, bil-konsegwenza li n-nar infirex malajr. Dan qed jikkawża anke’ periklu għal attivitajiet li jsiru fil-qrib, inkluż tiġijiet.

11748659_862513923833398_956215109_n