Aktar minn 30,000 persuna żaru l-Fiera l-Kbira fl-ewwel erbat ijiem mill-ftuħ tagħha. Din hi t-tieni edizzjoni ta’ din il-Fiera U qed tittella’ f’MonteKristo Estate fejn aktar minn 230 esebitur qed joffru servizzi u prodotti b’ħafna offerti speċjali.
Il-Fiera l-Kbira kienet inawgurata mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca nhar il-Ħamis li għadda u għal din il-fiera qed tkun implimentata sistema aħjar tat-traffiku sabiex ma tinħoloqx konġestjoni fiż-zona. Dan apparti servizz b’xejn ta’ xarabanks li qed jitilqu minn kull kważi kull lokalita’ fil-5 ta’ waranofsinhar. Dan filwaqt li l-organizzaturi tal-Fiera l-Kbira qalu li dawk li jkunu qed jivjaġġaw minn Għawdex jidħlu b’xejn.
Sadanittant, l-organizzaturi ħabbru wkoll li s’issa tħabbru diversi rebbieħa, filwaqt li ‘il quddiem jitħabbru wkoll tmien rebbieħa li se jingħataw titjiriet b’xejn bl-Air Malta. Premijiet oħra waqt il-Fiera l-Kbira, qalu l-organizzaturi, jinkludu wkoll karozza Citroen C4 Cactus.
Il-Fiera l-Kbira tibqa’ tiftaħ kuljum mis-6 ta’ filgħaxija ‘il quddiem sa’ nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju.
//= $special ?>