Partijiet minn Birkirkara u Ħal Balzan jinsabu mingħajr il-provvista tal-elettriku.
Id-dawl jidher li inqata’ dalgħodu, u minbarra residenzi qed jaffetwa wkoll numru ta’ stabbilimenti kummerċjali u ħwienet. F’Ħal Balzan kien rappurtat qtugħ tad-dawl anke lbieraħ filgħaxija.
Anke partijiet tal-Gżira u Ta’ Xbiex jinsabu bla dawl.
//= $special ?>

