Lokali

Filmat: Jidħol u jisraq laptop minn ħanut f’Birkirkara

Matul il-lejl li għadda raġel daħal f’ħanut taż-żraben f’Birkirkara u ħareġ b’laptop li kien jinsab fuq il-counter tal-istess ħanut.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:35 tal-lejl li għadda f’ħanut li jinsab fi Triq Fleur de Lys f’Birkirkara. Ir-raġel jidher jiftaħ il-cash register bil-flokk li kien liebes, bl-iskop li ma jħallix marki tas-swaba’.

Meta fil-cash register ma sabx flus, hu qabad u ħa l-laptop. Madankollu mhux qabel sab u qala’ l-wires tal-kameras tas-sigurta’ biex ma jidhirx fil-filmati.

Is-sidien tal-ħanut għamlu rapport lill-Pulizija li qed jinvestigaw il-filmati tas-sigurta’.

Min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel qed jintalab jgħaddiha lill-Pulizija ta’ Birkirkara jew inkella fl-eqreb għassa tal-Pulizija.

Wieħed jista’ jirraprta anke’ b’mod anonimu lill-Pulizija, inkella jgħaddi din l-informazzjoni lil dan is-sit u nkunu aħna stess li nirrapurtaw mingħajr ma nikxu s-sors.