It-taħwid fit-trasport pubbliku jkompli hekk kif issa persuni li daħlu fis-sit ta’ tallinja card biex jiċċekkjaw il-bilanċ skoprew li għandhom bilanċ fin-negattiv minkejja li kienu diġa’ għamlu top up.
Dan wassal għal sitwazzjoni fejn persuni li juaw tal-linja ma jistgħux jiċċekkjaw kemm għandhom flus, u meta ma jundunawx li spiċċalhom il-kreditu jispiċċaw jitilgħu fuq tal-linja u jħallsu €2.
Sa ftit tal-jiem ilu, l-istess sezzjoni tas-sit tallinja.com minn fejn wieħed suppost jista’ jiċċekkja l-bilanċ, kienet qed turi ammont akkumulattiv u mhux attwali, jiġifieri kemm wieħed ħallas sa mill-bidu.
//= $special ?>

