Sport

Il-biljetti għall-partita bejn Birkirkara FC vs West Ham Utd

EUROPA LEAGUE: Il-partita tat-tieni leg mit-tieni rawnd tal-UEFA Europa League bejn Birkirkara FC u West Ham United FC, se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali l-Ħamis 23 ta’ Lulju u tibda fid-8.45pm.

Birkirkara FC ħabbru li l-bejgħ tal-biljetti jibda mil-lum f’dawn l-allokazzjonijiet u b’dawn il-prezzijiet:

West B VIP Area – €60
West A – €30
West C – €30
North / South Stand – €10
North / South Stand (Anzjani) – €5
North / South Stand (Tfal taħt it-12-il sena) – €5

Il-Millennium Stand se jkun miftuħ għall-partitarji ta’ West Ham United u kull min hu nteressat li jixtri biljett hemmhekk għandu jagħmel kuntatt dirett mal-klabb Ingliż. Il-prezzijiet tal-biljetti f’dik iż-żona qed jinbiegħu għal prezz ta’ €45.

Għall-West C u n-North Stand, il-biljetti jinbiegħu minn Eurosport, Psaila Str, Birkirkara, mill-Mc Donalds, Valley Road, Birkirkara, u mill-ħwienet kollha tal-8 Till Late u l-Agenda Book Shop.

L-ebda season card tal-istaġun 2014/15 mhi se tkun valida jekk mhux press card jew pitch card tal-media lokali.

L-MFA, f’isem Birkirkara FC, fil-jiem li ġejjin se tinforma lill-pubbliku bl-andament tal-biljetti u bil-parkeġġi ħdejn l-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali u bir-rotot tat-traffiku wara li tiddiskuti dan kollu mal-Pulizija.

Intant B’Kara mistennija jmorru Londra llum sabiex iħejju għall-partita tal-Ħamis mill-ewwel leg f’Upton Park.