Il-kundizzjonijiet li qed ipoggu l-mexxejja Ewropej huma umiljanti. Din kienet ir-reazzjoni minn Ateni, hekk kif dan il-lejl issoktat il-laqgha maratona tal-EuroGroup. Issa l-PM Grieg Alexis Tsipras ghandu quddiemu proposti cari – jew taghmel riformi fi zmien tliet ijiem, inkella ma tiehu l-ebda centezmu mill-Ewropa.
L-abboz ta’ ftehim li gie imfassal jindika li l-Grecja trid izzid id-dhul taghha mit-taxxi, irid ikun hemm zieda fil-VAT, u trid issir ukoll riforma serja fil-pensjonijiet. Apparti dan kollu, il-Grecja trid taghti lill-UE assi tal-pajjiz li jammontaw 50 biljun ewro. Dan il-mizuri kollha jridu jghaddu mill-Parlament Grieg sa nhar l-Erbgha sabiex l-UE tkun lesta tohrog ghajnuna finanzjarja ghall-Grecja.
Il-laqghat fi Brussell se jkomplu dalghodu.


