Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-ġurnali li ħarġu llum it-Tnejn, 13 ta’ Lulju.

IN-NAZZJON b’ritratt fil-faċċata li juri lill-Prim Ministru Grieg, u rapport dwar l-aħħar żviluppi minn Brussell. F’rapport separat naqraw kif il-Kap tal-PN Simon Busuttil ilbieraħ sostna li l-politika Maltija għandha bżonn bidla bl-għeruq u x-xniexel.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid li l-Greċja għandha sa nhar l-Erbgħa biex iddaħħal riformi importanti fil-pajjiż, bil-għan li tkun tista’ tieħu bailout ieħor mill-UE.

Anke l-ġurnal TIMES OF MALTA jirrapporta l-aħħar żviluppi mill-Greċja bit-titlu tal-artiklu jaqra ‘irrifurmaw jew itilqu miz-Zona Ewro’. Fil-paġni ta’ ġewwa naraw storja dwar il-martirju li għaddejin minnu sidien ta’ restoranti fis-Salina minħabba l-proġett tal-bypass li qed ikompli jkarkar b’aktar xhur.

L-ORIZZONT jirrapporta ż-żjara tal-Kap tal-Oppożizzjoni fiċ-Ċina.