Internazzjonali Lokali

Il-populiżmu ma jwasslek imkien – Il-Kap tal-PN Simon Busuttil

Fi kliem Simon Busuttil, is-summit li intemm fi Brussell juri kemm il-popli għandhom bżonn mexxejja li kapaċi joffru soluzzjonijiet, u mhux mexxejja populisti li jwasslu lil pajjiżhom sax-xifer. “Il-populiżmu ma jwasslek imkien”.

F’kummenti li għadda minn Beijing, Simon Busuttil laqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim finali bejn il-pajjiżi taż-Żona Ewro, u qal li issa huwa importanti li l-Gvern Grieg jirrispettah. “Dan huwa importanti għall-Greċja, iżda importanti anke għalina bħala parti mill-EuroGroup”.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni żied jgħid li t-triq għadha twila, iżda għallinqas issa l-Greċja aċċettat li timxi b’responsabbilta’ quddiem l-att ta’ solidarjeta’ li qed turi l-UE mal-poplu Grieg.