Lokali Qorti

Il-Qorti tiffriża l-assi ta’ nutar akkużat b’lista twila ta’ frodi

Il-Qorti ordnat li l-assi ta’ nutar li qed jiġi akkużat bi frodi, jiġu ffriżati minnufih.

In-nutar, Pierre Falzon ta’ 54 sena mill-Qawra, qed jiġi akkużat b’numru ta’ każijiet li fihom allegatament iffroda numru ta’ persuni b’rabta ma’ propjetajiet f’numru ta’ lokalitjiaet, fosthom f’Ħal Tarxien, il-Gżira, l-Iklin, Birżebbuġa, Santa Venera, il-Mosta, San Pawl il-Baħar, Ta’ Qali u San Ġwann.

Il-każ qed jinstema mill-Maġistrat Joe Mifsud, li riċentament inħatar f’dan l-uffiċju tal-ġudikatura. In-nutar Pierre Falzon
Minkejja t-talba tad-difiża tan-nutar, magħmula mill-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha biex l-assi tan-nutar ma jiġux iffriżati, sabiex ikun jista’ jħallas lura l-flejjes oriġinarjament frodati, il-Maġistrat Joe Mifsud ma laqax din it-talba u ordna l-iffriżar tal-assi kollha tan-nutar Pierre Falzon.

Apparti dan il-każ, in-nutar Falzon għandu numru ta’ każijiet oħra marbuta mhux biss ma’ frodi iżda anke misappropjazzjoni u fl-2011 kien inħareġ mandat Ewropew għall-arrest ta’ Falzon wara li ma kienx deher f’waħda mis-seduti tal-Qorti. Wara li nqabad fi Spanja bis-saħħa ta’ dan il-mandat t’arrest, Falzon inġieb lura f’Malta fejn ġie ordnat mill-Qrati Maltin biex ma jħallix il-gżejjer.