Lokali

Karozza tinqaleb fi Triq Aldo Moro

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ fi Triq Aldo Moro fil-Marsa u li fih inqalbet karozza.

Il-karozza hi tat-tip Volkswagen Polo u kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Belt. Iż-żagħżugħ li kien qed isuq il-karozza jirriżulta li rrifjuta l-assistenza medika meta ambulanza waslet fuq il-post biex tieħdu l-isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ ftit qabel it-3 ta’ waranofsinhar.

Karozza maqluba

karozza maqluba triq aldo moro marsa

Ritratt: il-karozza maqluba fi Triq Aldo Moro (Ritratt: Maltese Road Traffic Updates)