L-ex ministru Austin Gatt iddikjara fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li kieku kien jaf b’allegtai irregolaritajiet fix-xiri taż-żejt mill-Enemalta, hu kien jirraporta lill-pulzizja irrispettivament min ikun il-persuna jew persuni involuti.
L-ex ministru Austin Gatt kien qed jixhed fil-PAC li qed jistħarreġ il-proċess ta’ xiri taż-żejt u l-allegtai irregolaritjaieet li seħħu. Austin Gatt tkellem dwar l-pjani li jinbidel l-impjant antik anki minħabba li l-impjant ta’ Delimara kien qed isir qadim. Hu qal li l-gvern kien qed jikkunsidra wkoll is-sħubija ta’ Malta fl-UE u kien qed n-nuqqas ta’ struttura tat-tmexxija fl-Enemalta. L-ex Ministru Gatt sostna li hu probabbli li ddiskuta l-istruttura fl-Enemalta mal-ministru preċedenti. Kont minn dejjem kontra li jkun hemm chairman eżekuttiv għaliex nemmen li għandu jkun hemm kontrolli, sostna Austin Gatt.
Mistoqsi dwar ix-xiri taż-żejt mil-Libja, Austin Gatt qal li dan kien intemm lejn l-aħħar tal-2001 jew l-2002 għaliex kien skada l-perjodu. Il-kuntratt kien vantaġġjuż fil-bidu iżda s-suq kien waqa’ u fl-aħħar tiegħu l-kuntratt kien jgħola fil-prezz tax-xiri taż-żejt. F’dan il-perjodu l-Enemalta bdiet tixtri ż-żejt mis-suq u kien hemm diversi drabi fejn inxtara żejt mis-suq. Mhux ċert jekk dan sarx qabel l-2000 iżda wara l-2000 żgur li dan seħħ, sostna Austin Gatt.
L-ex Ministru Gatt kompla li fl-2003, meta hu kien ministru, iż-żejt kien qed jinxtara mis-suq. Hu qal li kien hemm kumitat tal-kuntratti tal-Enemalta li jitratta l-offerti taż-żejt. Meta twaqqfet l-Enemalta fl-1976 għal xi raġuni ddaħħlet klawsola fil-liġi li l-offerti għaż-żejt ma jaqgħux taħ til-kuntratti tal-gvern u għalhekk l-Enemalta hi awtonoma fix-xiri taż-żejt. Dan dejjem seħħ sakemm ma ndaħalx il-gvern.
Mistoqsi mill-Ministru Owen Bonnici dwar il-minuti tal-kumitat tal-kuntratti fil-perjodu meta kien ministru hu, Austin Gatt qal li l-minuti li kienu esebiti ma kinux adegwadti u mhux hekk kellhom jinżammu. Hu qal li essenzjalment jekk jinżmmu d-dokumenti kollha tal-offerta fil-file, xorta jista’ jkun intraċċat il-passat.
Il-Ministru Bonnici qal li sakemm l-Enemalta kienet tixtri ż-żejt mil-Libja l-minuti kienu jinżammu ttajpjati u tajjeb. Din il-proċedura spiċċat meta l-Enemalta marret għas-suq miftuħ, sostna l-Ministru Bonnici.
Għal mistoqsi dwar il-ħatra taċ-Chairman Girlando, Autsin Gatt spjega l-proċedura kif ingħażel u tkellem ukoll dwar il-ħatra ta’ Tancred Tabone, li qabel kien chairman tal-MOBC li kienet direttament tal-gvern u mhux taħt l-Enemalta. Meta l-MOBC saret sussidjarja tal-Enemalta, Tancred Tabone baqa’ chairman tat-tnejn.
Austin Gatt qal li hu ma kinx informat jew kien jaf b’ xi irregolaritajiet u sostna li hu kien informa lill-awtoritajiet meta kien hemm każi oħra. Kieku smajt xi ħaġa kont immur direttament għand il-pulizija, iddikjara Austin Gatt, li kompla li hu la qatt sema’ u lanqas kellu ħjiel dwar xi irregolaritajiet. Qatt ma ddejjaqt nirraporta anki jekk ikun hemm nies viċin il-PN, sostna Austin Gatt.
L-ex Ministru Gatt qal li Tancred Tabone kien qallu li Frank Sammut kien persuna tajba biex idaħħal ċertu sistemi. Hu ma kinx qabel ma din id-deċiżjoni iżda kien ċeda għal perjodu ta’ sena sakemm idaħħal is-sistemi. Il-kuntratt ta’ Smamut kien jispeċifika dan, sostna Austin Gatt.
L-ex ministru Gatt qal li min kien responsabbli għandu jeħel il-piena għaliex mhu ġust li tkun traduta l-fiduċja kemm tal-ministru kif ukoll tal-poplu.
Austin Gatt qal li l-Awditur Ġenerali kien ikun korrett jekk jgħid li ma kinx hemm proċeduri bil-miktub fosthom ma kinx hemm obbligu li jinżammu l-minuti. Dawn il-proċeduri bdew jinkitbu meta kien hemm Tonio Fenech bħala ministru. Kienet saret liġi dwar id-definizzjonijiet tal-proċeduri f’diversi entitajiet, sostna Austin Gatt, li kompla li min ħadem bla nkitbu żbalja.
L-ex ministru Gatt qal li l-Bord tal-Enemalta qatt ma qallu li ma kinx kiteb il-proċeduri dwar kif jinxtara ż-żejt. Hu qal li kien hemm proċeduri iżda ma kinux miktuba. Kieku kont naf kont nordna biex dawn isiru u jinkitbu kif għamel il-ministru Tonio Fenech, sostna l-ex ministru Gatt, li qal li hu kien ikkummissjona lil Roderick Charlmers biex ifassal il-proċeduri dwar ix-xiri taż-żejt.
In-nuqqas li kien hemm kien propju x’policy se tkun adatta meta l-Enemalta tiġi biex tixtri jew tagħmel hedging. Qatt ħadd ma qalli….kieku kont naf li hemm xi ħaġa għaddejja kont immur għal il-pulizija, sostna Austin Gatt.
Dwar ix-xhieda tal-professur Joe Falzon, l-ex ministru Gatt qal li Joe Falzon ried jimpjega numru ta’ nies iżda hu kiseb biss approvazzjoni ta’ tnejn wara sena għaliex il-ministri ma kellhomx dritt jimpjegaw mingħajr l-approvazzjoni. Il-professur Falzon dehrlu li kellu bżonn iktar nies u ma kellhix bżonn narah għax id-deċiżjoni kienet meħuda, irrimarka Austin Gatt.
Dwar Tancred Tabone bħala chairman tal-Enemalta, l-ex ministru Gatt qal li hu ma jistax jiġġudika persuna li għaddejja minn proċeduri kirminali. Bħala chairman hu kien tajjeb u kellu suċċess fil-kumpaniji privati tiegħu għalkemm forsi kien hands on wisq, qal Austin Gatt, li qal li qabel daħal hu fl-Enemalta ma kinx hemm struttura ta’ tmexxija.
L-ex ministru Gatt qal li Tabone ma baqax chairman tal-Enemalta minħabba li hu ma riedx idum iktar minn sentejn. Lil Alex Tranter ma kont nafu xejn iżda kien hemm rakkomondazzjonijiet minn tliet persuni. Nemmen li ċ-chairman m’għandux jidħol fil-managment iżda jkun responsabbli mill-policy, sostna Austin Gatt, li tkellem dwar il-perjodu meta reġa’ ngħata r-responsabbiltà tal-Enemalta fl-2003. Il-mira ewlenija kienet l-aġġustament tat-tariffi, sostna l-Ministru Gatt.
Għal iktar mistoqsijiet, Austin Gatt qal li l-liġi tispeċifika r-responsabbiltà ta’ ministru u sostna li hu ma naqas imkien għaliex ma kienx jaf dwar xi irregolartitajiet jew kif jinżammu l-miniuti. Kieku kont naf jien kont nagħti direttiva ministerjali, sostna l-ex ministru Gatt, li spjega kif hu normali li ministru jassumi li l-minuti qed jinżammu.
L-ex ministru Gatt spjega r-riformi li hu wettaq fl-Enemalta u qal li hekk kif spiċċa mill-politika hu ma kellu l-ebda laqgħa ma’ George Frarugia jew ma’ xi persuna involuta fil-politika jew li xehed fil-proċeduri.
Iċ-Chairman tal-PAC Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni m’għandhiex iktar xhieda fil-kumitat.

