Is-sostenibbilta tal-pensjonijiet u r-riformi li jridu jsiru kienu diskussi waqt laqgħa li l-Partit Nazzjonalista kellu mal-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku.
Il-laqgħa li saret fil-Parlament kienet indirizzata mill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco u mix-Shadow Minister għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici waqt li attenda wkoll il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Anzjani Robert Cutajar.
Mario de Marco tkellem war ir-riofrmi li gvernijiet Nazzjonalisti nidew. Riformi li kienu mibnija fuq is-sotenibbiltà u l-adegwadezza. Hu qal li s-sostenibbiltà u l-adegwadezza tal-pensjonijiet huma marbutin flimkien.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici trattat il-mod kif il-popolazzjoni Maltija qed tixjieh u tgħix iktar. Filwaqt li trattat l-anzjanità attiva Paula Mifsud Bonnici qalet li l-pensjonijiet għandhom jiggarantixxu kwalità tal-ħajja. Paula Mifsud Bonnici tkellmet dwar l-importanza tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tal-ekonomija biex jintlaħqu l-miri tal-UE biex jonqos il-faqar.
Fil-laqgħa pparteċipaw diversi membri tal-imsieħba soċjali fejn il-Preisdent tal-MUT Kevin Bonello qal li hu tajjeb li jkunu ikkunsidrati proposti għall-futur iżda li tkun imejba wkoll is-sitwazzjoni preżenti tal-pensjonanti biex dawn ma jaqgħux fil-faqar. Hu qal li jeżitti wkoll tħassib dwar jekk il-pensjonanti fis-setturi kollha għandhom jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar. Dwar dan għandu jinġħoloq bilanċ mal-;enerazzjoni taż-żgħażagħ sostna Kevin Bonello.
Paul Abela il-President tal-GRTU, qal li mhux ġust li min jnvesti fi propjetà jkollu jħallas taxxa fuqha għaliex din hi forma ta’ penali. Il-GRTU hi favur it-twaqqif ta’ fond nazzjonali għall-pensjonijiet li jkun immaniġġjar mill-gvern u jkun sostenibbli.
Il-pożizzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ kienet espressa mid-Direttur Ġenerali Kevin Borg li qal li dan mhux mument opportun li tkun introdott l-pensjoni tat-tieni pilastru waqt li f’isem l-Assoċazzjoni ta’ Min Ħaddem, qal li hu pożittiv li l-età tal-pensjoni mhix se tiżdied iktar minn 65 sena. L-MEA h favur li l-penjsoni tat-tieni pilastru ta’ tidħolx għalissa, sostna Kevin Borg li kompla li l-pajjiż għandu jkompli jinċentiva iktar nisa jidħlu fl-impjiegi. Għalhekk l-MEA tikkunsidra b’mod pożittiv l-inizjattivi favur in-nisa li l-istudenti fir-riformi tal-peensjonijiet.
Il-President tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA, Tony Zahra qal li hu importanti li l-bażi tad-dokument dwar il-pensjonijiet, li hi l-mod kif se tikber il-popolazzjoni Maltija tul is-snin ikun korrett. Tony Zahra qal li l-gvern m’għandux jibqa’ jagħti l-inċentivi biex ikunu ċ-ċittadini li jieħdu ħsieb il-pensjoni tagħhom. Id-dover tal-gvern, sostna Tony Zahra hu li jipprovdi l-bażi tal-peensjoni għaliex irid ikun iċ-ċittadin li jieħu l-inizjattivi.
//= $special ?>

