Lokali

Numru ta’ lokalitajiet bla elettriku

Numru ta’ lokalitajiet jinsabu bla provvista ta’ elettriku, partikolarment San Ġwann, Birkirkara, il-Kappara u l-Iklin.

MaltaRightNow.com hi nfurmata li San Ġwann ilhom mingħajr provvista ta’ elettriku sa’ mis-6 ta’ filgħaxija u b’hekk ilhom aktar sitt siegħat mingħajr dawl. L-elettriku nqata’ minħabba xi ħsarat tekniċi, madanakollu ħaddiema tal-Enemalta jinsabu fil-lokalita’ sabiex isewwu l-ħsara. Il-provvista tal-elettriku mistennija lura għall-ħabta tal-10.30pm.

MaltaRightNow.com hu nfurmat li Birkirkara mistenni jdum aktar mingħajr provvista ta’ elettriku. Ilbieraħ Ħal Balzan kien rappurtat li kien bla dawl ukoll.