Internazzjonali

Protesta taffetwa l-ajruport ta’ Heathrow

Protesta organizzata minn numru żgħir ta’ persuna wasslet biex l-ajruport ta’ Heathrow kellu jingħalaq għal sagħtejn fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Fil-protesta mill-grupp Plane Stupid ħadu sehem 12-il persuna li intrabtu mal-fence fil-parti tat-tramuntana tal-mitjar. Id-dimostranti riedu jwasslu messaġġ ċar kontra l-proġett ta’ espensjoni f’Heathrow.

Id-dimostranti intrabtu bil-ktajjen u qed isemmgħu leħinhom kontra l-proġett li permezz tiegħu se tinbena runway oħra.