Lokali

Ritratti: Żewġ klieb mgħarrqa fil-Bajja tal-Fessej

Żewġ klieb instabu mgħarrqa fil-Bajja magħrufa bħala Tal-Fessej, fil-limiti ta’ Għajnsielem, Għawdex.

Mhux magħruf jekk il-klieb tgħarrqux apposta minn persuna jew persuni mhux magħrufa, u kif seħħ dan il-każ li ġie nnutat għall-ewwel darba kmieni wara nofsinhar.

11749442_10205884836734155_997049734_n

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha anke’ biex isir magħruf jekk il-klieb humiex propjeta’ ta’ xi ħadd jew inkella kinux mitluqa barra.

Min għandu xi nformazzjoni dwar dan il-każ qed jintalab jirraporta lill-Pulizija, anke’ jekk b’mod kunfidenzjali.

11751152_10205884834214092_765570936_n