Il-midfielder ta’ Southampton Morgan Schneiderlin għamel eżami mediku ma’ Manchester United li se jkun qed jingħaqad magħhom fi trasferiment li hu stmat li jiswa aktar minn £25 miljuni. Is-Saints ikkonfermaw li l-ftehim intlaħaq u jista’ jsir it-trasferiment. Schneiderlin ingħaqad ma’ Bastian Schweinsteiger, l-aħħar akkwist ta’ United fil-pre-season tour li se jagħmlu fl-Istati Uniti.
United dan is-sajf diġà akkwistaw lill-attakkant ta’ PSV Memphis Depay u d-difensur ta’ Torino Matteo Darmian. Southampton kienu kkonfermaw li l-ġimgħa l-oħra rrifjutaw offerta mingħand United għall-internazzjonali Franċiż ta’ 25 sena. Il-plejer is-sajf li għadda kien fil-mira ta’ Tottenham u tilef il-pre-season wara li kien qal lill-klabb li ma kienx “mentalment u fiżikament preparat biex jilgħab” wara li l-offerta għalih kienet rifjutata.
Intant Chelsea mistennija li jakkwistaw plejer ta’ 13-il sena meqjus bħala l-‘Yaya Toure l-ġdid’ mingħand il-klabb Franċiż ta’ Marseille. Il-plejer hu Naouir Ahamada li kultant jissejjaħ ukoll Naoui Agamada.
//= $special ?>

